30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Repubblika Taljana, Eurallumina SpA, Aughinish Alumina Ltd
(Kawża C-89/08 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Regolament KE Nru 659/1999 - Artikolu 1(b)(v) - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Rwol tal-qorti - Motiv ta’ ordni pubbliku mqajjem ex officio mill-qorti Komunitarja - Ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni)
2010/C 24/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż, l-Ingliż u t-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u N. Khan, aġenti)
Appellati: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent u P. McGarry, BL), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. L. Vendrolini, aġenti) Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Adam,agent u G. aiello, avukat), Eurallumina SpA (rappreżentanti: R. denton, avukat), Aughinish Alumina Ltd (rappreżentanti: J. Handoll u C. Waterson, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tat-12 ta’ Diċembru 2007, L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal [fuq] żjut minerali użati bħala karburant għal[l-]produzzjoni tal-al[l]umina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12) — Kunċetti ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida — Kunċetti oġġettivi — Ksur tal-prinċipju dispożittiv u tal-prinċipji ġenerali tal-kontradittorju u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Diċembru 2007, L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni (T -50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06), hija annullata sa fejn din:
—
annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal [fuq] żjut minerali użati bħala karburant għal[l-]produzzjoni tal-al[l]umina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja għar-raġuni li, fiha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kienet kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, rigward in-nonapplikabbiltà f’dan il-każ tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE], u
—
ikkundannat lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha u dawk inkorsi mir-rikorrenti, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-69/06 R.
(2)
Fil-Kawżi magħquda T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06 huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008
Full & Egal Universal Law Academy