10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-94/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Il-kariga ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal - Klawżola ta' nazzjonalità)
(2009/C 6/15)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u L. Lozano Palacios, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Arikolu 39 KE — Ħtieġa tan-nazzjonalità Spanjola biex tiġi eżerċitata l-kariga ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq ċerti bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola — Inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju.
Dispożittiv
1)
Billi fil-leġiżlazzjoni tiegħu żamm fis-seħħ ir-rekwiżit tan-nazzjonalità Spanjola sabiex jiġu eżerċitati l-karigi ta' kaptan u tal-ewwel uffiċjal fuq il-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera Spanjola minbarra l-bastimenti merkantili ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 100 tunellata, li jittrasportaw merkanzija jew inqas minn 100 passiġġier, li joperaw esklużivament bejn portijiet jew punti li jinsabu f'żoni li fihom ir-Renju ta' Spanja jeżerċita s-sovranità tiegħu, drittijiet sovrani jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 39 KE.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy