20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-95/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/9/KE - Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki [fid-Direttiva, “prassi’] tajba tal-laboratorji)
(2008/C 327/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Rozet u P. Oliver, aġenti]
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar tal-2004, dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (ĠU L 50, p. 28) — Nuqqas ta' nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki tajba tal-laboratorji
Dispożittiv
1)
Billi ma stabbilixxiex awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-implementazzjoni tal-prinċipji ta' prattiki tajba tal-laboratorju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar tal-2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP).
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 116, 9.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy