5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — CIBA Speciality Chemicals Central u Eastern Europe Szolgáltató, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály
(Kawża C-96/08) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Imposta fuq it-taħriġ professjonali - Bażi ta’ kalkolu tal-imposta dovuta mill-impriżi stabbiliti fit-territorju nazzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż tas-salarji tal-ħaddiema impjegati f’fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor - Taxxa doppja - Possibbiltà li jitnaqqas l-ammont gross tal-imposta)
2010/C 148/06
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Pest Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CIBA Speciality Chemicals Central u Eastern Europe Szolgáltató, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft.
Konvenut: Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Pest Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 48 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi ta’ taxxa għall-iżvilupp professjonali ta’ impriża stabbilita fit-territorju nazzjonali, tal-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema impjegati f’fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor, anke jekk l-impriża inkwistjoni hija obbligata tbati spejjeż ekwivalenti, minħabba x-xogħol ta’ dawn l-impjegati f’dan l-Istat Membru l-ieħor.
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprojbixxu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, impriża li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’dan l-Istat hija obbligata tħallas imposta bħall-imposta fuq it-taħriġ professjonali li l-ammont tagħha huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ispejjeż tas-salarji, inklużi dawk ta’ fergħa ta’ din l-impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor jekk, fil-prattika, tali impriża hija prekluża, fir-rigward ta’ tali fergħa, milli tibbenefika mill-possibbiltajiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni li tnaqqas l-imsemmija iposta jew li jkollha aċċess għalihom.
(1) ĠU C 142, 07.06.2008.
Full & Egal Universal Law Academy