7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-97/08 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81(1) KE - Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Grupp ta’ impriżi - Imputabbiltà tal-ksur - Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mill-kumpanniji sussidjarji tagħha - Influwenza deċiżiva eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni juris tantum fil-każ ta’ proprjetà tal-ishma kollha)
2009/C 267/28
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, M. van der Woude u M. Mollica, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, fil-Kawża T-112/05, Akzo Nobel NV et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tiċħad talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE tad-9 ta’ Diċembru 2004 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Klorur tal-kolin) (ĠU L 190, p. 22), fir-rigward ta’ numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftehma li kienu jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-swieq u azzjonijiet miftehma kontra l-kompetituri fis-suq Ewropew tal-klorur tal-kolin — Kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV u Akzo Nobel Functional Chemicals BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 128, 24.05.2008
Full & Egal Universal Law Academy