21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg — L-Awstrija) — Arthur Gottwald vs Bezirkshauptmannschaft Bregenz
(Kawża C-103/08) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 12 KE - Għoti lill-persuni b’diżabbiltà ta’ disk tal-pedaġġ kull sena mingħajr ħlas - Dispożizzjonijiet li jillimitaw l-għoti ta’ tali disk tal-pedaġġ lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju nazzjonali)
2009/C 282/13
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Arthur Gottwald
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Bregenz
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tat-Trattat KE — Diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-benefiċċju ta’ disk tal-pedaġġ mingħajr ħlas mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà unikament għal persuni residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 12 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjoanli, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-għoti mingħajr ħlas u kull sena ta’ disk tal-pedaġġ lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, inklużi anki dawk il-persuni li jmorru f’dan l-Istat regolarment għal raġunijiet professjonali jew personali.
(1) ĠU C 142, 07.06.2008.
Full & Egal Universal Law Academy