14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-105/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital - Artikoli 49 KE u 56 KE kif ukoll Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Tassazzjoni diretta - Intaxxar tal-interessi miġbura - Diskriminazzjoni kontra persuni mhux residenti - Oneru tal-prova)
2010/C 221/02
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Menezes Leitão u C. Guerra Santos, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 49 KE u 56 KE — Differenza fit-trattament, f’dak li jikkonċerna t-tassazzjoni tal-interessi mħallsa lil istituzzjonijiet finanzjarji skont jekk huma għandhomx ir-residenza tagħhom fit-territorju Portugiż jew le.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008
Full & Egal Universal Law Academy