1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-109/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE - Direttiva 98/34/KE - Standards u regolamenti tekniċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal-logħobiet tal-elettriku, elettromekkaniċi u elettroniċi għall-kompjuters - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 228 KE - Sanzjonijiet pekunjarji)
2009/C 180/26
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: N. Dafniou, V. Karra u P. Mylonopoulos, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2006 fil-Kawża C-65/05 — Ksur tal-Artikoli 28, 43 u 49 KE u tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU L 204, p. 37) — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal-logħob elettroniku tal-kompjuter — Talba biex tiġi stabbilita penalità
Dispożittiv
1)
Peress li ma emendatx l-Artikoli 2(1) u 3 tal-Liġi 3037/2002 li tistabbilixxi projbizzjoni, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali jew amministrattivi previsti fl-Artikoli 4 u 5 tal-istess liġi, fuq l-installazzjoni u l-użu ta’ kull logħba elettrika, elettromekkanika u elettronika, inklużi l-logħob għall-kompjuter, fil-postijiet pubbliċi jew privati kollha, bl-eċċezzjoni ta’ każinos, skont l-Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-Regolamenti Tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, ir-Repubblika Ellenika naqset milli timplementa l-miżuri kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-65/05) u naqset minħabba dan il-fatt milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228 KE.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, penalità ta’ EUR 31 536 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, b’effett mid-data tas-sentenza preżenti sal-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja.
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljuni.
4)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 116, 9.5.2008
Full & Egal Universal Law Academy