12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Distillerie Smeets Hasselt NV vs L-Istat Belġjan, Louis De Vos, Bollen, Mathay & Co BVBA, likwidatur ta’ Transterminal Logistics NV, Daniel Van den Langenbergh, Firma De Vos NV u L-Istat Belġjan vs Bollen, Mathay & Co BVBA, likwidatur ta’ Transterminal Logistics NV u Louis De Vos vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-126/08) (1)
(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi doganali tal-Komunità - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji - Reġistrazzjoni fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti - Rapport li jservi ta’ dħul fil-kontijiet - Għoti ta’ kopja tar-rapport bħala komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji legalment dovuti)
2009/C 220/15
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Distillerie Smeets Hasselt NV, L-Istat Belġjan, Louis De Vos
Konvenuti: L-Istat Belġjan, Louis De Vos, Bollen, Mathay & Co BVBA, liquidateur de Transterminal Logistics NV, Daniel Van den Langenbergh, Firma De Vos NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 217(1) u 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (verżjoni fis-seħħ fl-1992)(ĠU L 302, p. 1) — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Neċessità jew le ta’ dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji qabel il-komunikazzjoni lid-debitur — Kunċett ta’ “dħul fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti”
Dispożittiv
Artikolu 217 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dħul tal-ammont tad-dazji li jirriżultaw minn dejn doganali jsir permezz tad-dħul tal-imsemmi ammont fir-rapport redatt mill-awtoritajiet doganali kompetenti u li jikkonstata ksur tal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.
(1) ĠU C 142, 07.06.2008.
Full & Egal Universal Law Academy