20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Bremen vs J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.
(Kawża C-134/08) (1)
(Regolament (KE) Nru 2193/2003 - Dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 4(2) - Prodotti esportati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li dawn kienu diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji - Suġġettar)
2009/C 141/28
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hauptzollamt Bremen
Konvenuta: J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 328, p. 3) — Issuġġettar għad-dazji doganali addizzjonali tal-prodotti esportati mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn il-Komunità wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament fuq imsemmi iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li kienu diġà fi trqithom lejn il-Komunità, mingħajr possibbiltà ta’ bdil ta’ destinazzjoni, fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, għandu jiġi interpretat f’sens li huwa konformi ma’ dak tal-kliem tiegħu, jiġifieri li l-prodotti li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li huma diġà fi triqithom lejn il-Komunità Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, mhumiex suġġetti għad-dazji addizzjonali
(1) ĠU C 171, 05.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy