1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern
(Kawża C-135/08) (1)
(“Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 17 KE - Ċittadinanza ta’ Stat Membru miksuba bit-twelid - Ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor miksuba bin-naturalizzazzjoni - Telf taċ-ċittadinanza oriġinali minħabba din in-naturalizzazzjoni - Telf b’effett retroattiv taċ-ċittadinanza miksuba bin-naturalizzazzjoni minħabba manuvri frawdolenti meta din inkisbet - Persuna bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni”)
2010/C 113/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Janko Rottmann
Konvenuta: Freistaat Bayern
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tat-Trattat KE — Ksib taċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru li twassal għat-telf definittiv taċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ta’ oriġini — Telf taċ-ċittadinanza l-ġdida b’effett retroattiv minħabba manuvri frawdolenti li seħħew mal-ksib tagħha — Il-persuna kkonċernata bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 KE, ma jipprekludix lil Stat Membru milli jirrevoka liċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea ċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru miksuba b’naturalizzazzjoni meta din tkun inkisbet b’mod frawdolenti, sakemm din id-deċiżjoni ta’ revoka tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 171, 05.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy