19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus — ir-Repubblika tal-Estonja) — Rakvere Lihakombinaat AS vs Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-140/08) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Qatgħat jew ġewwieni ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus - Adeżjoni tal-Estonja - Miżuri tranżitorji - Prodotti agrikoli - Ħażniet żejda - Regolament (KE) Nru 1972/2003)
2009/C 312/07
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rakvere Lihakombinaat AS
Konvenuta: Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tallina Halduskohus — Interpretazzjoni tal-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, p.1) kif ukoll tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU L 293, p. 3) — Laħam isseparat mekkanikament, iffriżat, wara pproċessar mekkaniku tat-tneħħija tal-għadam ta’ sriedaq u tiġieġ — Klassifikazzjoni fl-intestatura 0207 14 10 (qatgħat iffriżati ta’ sriedaq u tiġieġ, bla għadam) jew fl-intestatura 0207 14 99 (ġewwieni ffriżat ta’ sriedaq u tiġieġ, oħrajn) tan-Nomenklatura Magħquda — Taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli miżmuma mill-operaturi — Determinazzjoni tal-kwantità tal-ħażniet ittrasferiti ’l quddiem u tal-ħażniet żejda għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ din it-taxxa
Dispożittiv
(1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kostitwiti minn laħam separat mekkanikament friżat, miksub minn dissussar, b’mod mekkaniku, ta’ tjur u intiżi għall-konsum mill-bniedem, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 0207 14 10 tan-Nomenklatura Magħquda.
(2)
L-Artikolu 4(2) tar-Regolamennt tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 230/2004, tal-10 ta’ Frar 2004, ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 6(1) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Ħażniet Żejda (Üleliigse laovaru tasu seadus), kif emendata bil-liġi adottata fil-25 ta’ Jannar 2007, li tgħid li l-ħażniet żejda ta’ operatur huma ddeterminati billi jitnaqqsu mill-ħażniet effettivament miżmuma fl-1 ta’ Mejju 2004, il-ħażniet ittrasferiti ’l quddiem iddefiniti bħala l-medja tal-ħażniet miżmuma fl-1 ta’ Mejju tal-erba’ snin preċedenti, immoltiplikata b’koeffiċjent ta’ 1.2, li jikkorrispondi għaż-żieda fil-produzzjoni agrikola osservata fl-Istat Membru kkonċernat matul dan il-perijodu ta’ erba’ snin.
(3)
Ir-Regolament Nru 1972/2003 ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ operatur, anki meta l-operatur ikun jista’ jipprova li ma għamilx profitt mill-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-ħażniet wara l-1 ta’ Mejju 2004.
(1) ĠU C 171, 05.07.2008.
Full & Egal Universal Law Academy