3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Club Hotel Loutraki AE, Athinaïki Techniki AE, Evangelos Marinakis (C-145/08), Aktor Anonymi Techniki Etaireia (Aktor ATE) (C-149/08) vs Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypourgos Epikrateías (C-149/08), Aktor Anonymi Techniki Etaireia (Aktor ATE), (C-149/08)
(Kawżi magħquda C-145/08 u C-149/08) (1)
(Direttiva 92/50/KEE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Konċessjonijiet għal servizzi - Kuntratt imħallat - Kuntratt li jinkludi t-trasferiment ta’ pakkett ta’ azzjonijiet ta’ impriża pubblika ta’ każinò - Kuntratt li permezz tiegħu awtorità kontraenti tinkariga impriża kontraenti bil-ġestjoni tal-impriża ta’ każinò u bl-implementazzjoni ta’ pjan ta’ modernizzar u żvilupp tal-bini tiegħu kif ukoll ta’ titjib taż-żona ta’ madwar - Direttiva 89/665/KEE - Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti - Rimedji effettivi u mingħajr dewmien - Regoli tal-proċedura nazzjonali - Kundizzjoni għall-għoti ta’ danni - Annullament preliminari tal-att jew tal-ommissjoni illegali jew konstatazzjoni tan-nullità tagħhom mill-qorti kompetenti - Membri ta’ konsorzju li jagħmel offerta fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku - Deċiżjoni meħuda fl-ambitu ta’ din il-proċedura minn awtorità li ma hijiex l-awtorità kontraenti - Azzjoni mressqa, fuq bażi individwali, minn xi wħud mill-membri tal-konsorzju - Ammissibbiltà)
2010/C 179/02
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Club Hotel Loutraki AE, Athinaïki Techniki AE, Evangelos Marinakis
Konvenuti: Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypourgos Epikrateías
Fil-presenza ta’: Athens Resort Casino AE Symmetochon, Ellaktor AE, li qabel kienet Elliniki Technodomiki TEB AE, Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE, li qabel kienet Hyatt Regency Xenodocheiaki kai Touristiki (Ellas) AE, Leonidas Bombolas (C-145/08)
u
Rikorrenti: Aktor Anonymi Techniki Etaireia (Aktor ATE)
Konvenut: Ethnico Symvoulio Radiotileorasis,
fil-presenza ta’: Michaniki AE (C-149/08),
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal Artikoli 3(2), 9, 14 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322) — Kamp ta’ applikazzjoni — Ftehim imħallat li fih kuntratt ta’ bejgħ ta’ ishma u konċessjoni għal servizzi — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(3) u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lill-membri ta’ konsorzju li jagħmel offerta fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku u li ma għandux personalità ġuridika milli jeżerċitaw, fuq bażi individwali, rimedji legali kontra l-atti li jagħmlu parti mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt.
Dispożittiv
(1)
Kuntratt imħallat li l-għan prinċipali tiegħu huwa l-ksib minn impriża ta’ 49 % tal-kapital ta’ impriża pubblika u li l-għan anċillari tiegħu, marbut b’mod indiviżibbli ma’ dan l-għan prinċipali, jinvolvi l-provvista ta’ servizzi u l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ma jaqax, fl-intier tiegħu, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi.
(2)
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li l-membri ta’ konsorzju li jagħmel offerta fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku huma preklużi mill-possibbiltà li jitolbu, fuq bażi individwali, kumpens għad-dannu li huma jkunu sostnew individwalment bħala riżultat ta’ deċiżjoni adottata minn awtorità, li ma tkunx l-awtorità kontraenti, involuta f’din il-proċedura skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, u li hija ta’ natura li tinfluwenza l-prosegwiment tagħha.
(1) ĠU C 142, 07.06.2008.
Full & Egal Universal Law Academy