1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — X (C-155/08), E. H. A. Passenheim-van Schoot (C-157/08) vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawżi magħquda C-155/08 u C-157/08) (1)
(“Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq il-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Dħul mit-tfaddil li jinsab fi Stat Membru li mhux dak ta’ residenza - Nuqqas ta’ dikjarazzjoni - Terminu ta’ rettifika - Proroga ta’ terminu ta’ rettifika fil-każ ta’ beni miżmuma barra mill-Istat Membru ta’ residenza - Direttiva 77/799/KEE - Għajnuna reċiproka tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-taxxi diretti u indiretti - Sigriet bankarju”)
2009/C 180/28
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X (C-155/08), E. H. A. Passenheim-van Schoot (C-157/08)
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 KE u 56 KE — Intaxxar minn Stat Membru ta’ dħul (magħmul minn kapital) ta’ resident nazzjonali minn kont ta’ tifdil fi stabbiliment li jinsab fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ dikjarazzjoni tad-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ rkupru ta’ 12-il sena għad-dħul provenjenti minn Stat Membru ieħor u ta’ 5 snin għad-dħul minn sorsi nazzjonali — Multa proporzjonali — Rilevanza tal-eżistenza tas-sigriet bankarju fl-Istat Membru li minnu joriġina d-dħul.
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 49 KE u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux l-applikazzjoni minn Stat Membru, meta d-dħul minn tfaddil u d-dħul miksub b’dan it-tfaddil ma jkunux ġew iddikjarati lill-awtoritajiet fiskali ta’ dan l-Istat Membru u li l-imsemmija awtoritajiet ma jkollhom l-ebda ħjiel dwar l-eżistenza tagħhom li jippermettilhom li jibdew investigazzjoni, ta’ terminu ta’ rettifika itwal meta dan it-tfaddil jinżamm fi Stat Membru ieħor milli minn meta dan jinżamm fl-ewwel Stat Membru. Il-fatt li l-Istat Membru l-ieħor japplika s-sigriet bankarju mhuwiex, f’dan ir-rigward, rilevanti.
2)
L-Artikoli 49 KE u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, meta Stat Membru japplika terminu ta’ rettifika itwal għal tfaddil miżmum fi Stat Membru ieħor minn dak it-tfaddil miżmum f’dan l-ewwel Stat Membru u li dan it-tfaddil barrani kif ukoll id-dħul li joriġina minnu ma jkunx ġie ddikjarat lill-awtoritajiet fiskali tal-ewwel Stat Membru u li huma ma kellhom l-ebda ħjiel dwar l-eżistenza tagħhom sabiex jibdew investigazzjoni, li multa imposta minħabba li l-imsemmi tfaddil u dħul barrani ma jkunx ġie ddikjarati tiġi kkalkolata proporzjonalment mal-ammont fir-rettifika u fuq dan it-terminu itwal.
(1) ĠU C 158, 21.6.2008
ĠU C 171, 5.7.2008
Full & Egal Universal Law Academy