4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — Il-Belġju) — Internationaal Verhuis-en Transportsbedrijf Jan de Lely BV vs Belgische Staat
(Kawża C-161/08) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Tranżitu Komunitarju - Trasporti magħmula taħt kopertura ta’ carnet TIR - Ksur jew irregolaritajiet - Terminu għan-notifika - Terminu sabiex titressaq il-prova tal-post fejn twettaq il-ksur jew l-irregolarità)
2009/C 153/25
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Internationaal Verhuis- en Transportsbedrijf Jan de Lely BV
Konvenut: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1593/91 tat-12 ta’ Ġunju 1991, dwar l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 719/1991 dwar l-użu fil-Komunità ta’ carnets TIR u carnets ATA bħala dokumenti ta’ tranżitu (ĠU L 148, p. 11) moqri flimkien mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni TIR — Ksur jew irregolaritajiet — Terminu ta’ notifika.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(1) tar-Regolment tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1593/91 tat-12 ta’ Ġunju 1991, dwar l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 719/91 dwar l-użu fil-Komunità ta’ carnets TIR u carnets ATA bħala dokumenti ta’ tranżitu, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni doganali dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti koperti b’carnet TIR, iffirmata f’Ġinevra fl-14 ta’ Novembru 1975 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu tan-notifika tan-nuqqas ta’ rilaxx tal-carnet TIR fil-konfront tal-proprjetarju ta’ dan il-carnet m’għandux l-effett li jċaħħad lill-awtoritajiet doganali kompetenti mid-dritt li jirkupraw id-dazji u t-taxxi dovuti minħabba trasport internazzjonali ta’ merkanzija magħmul taħt il-kopertura tal-imsemmi carnet.
2)
L-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament 1593/91, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1) u (2) tal-Konvenzjoni doganali dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti koperti b’carnet tat-TIR, iffirmata f’Ġinevra fl-14 ta’ Novembru 1975, għandu jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina biss it-terminu sabiex titressaq il-prova tar-regolarità ta’ trasport u mhux tat-terminu li fih għandha titressaq il-prova tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur jew l-irregolarità. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, skont il-prinċpiji tad-dritt nazzjonali tagħha applikabbli fil-qasam ta’ prova, jekk, fil-każ konkret li jkun quddiemha u fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, din l-aħħar prova tressqitx f’dan it-terminu. Madankollu, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa dan it-terminu fir-rispett tad-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt, minn naħa, li t-terminu m’għandux ikun twil wisq, u dan sabiex ikun legalment u materjalment possibbli li jsir l-irkupru tal-ammonti dovuti fi Stat Membru ieħor, u, min-naħa l-oħra, li dan it-terminu ma jpoġġiex lill-proprjetarju tal-carnet TIR fl-impossibbiltà materjali li jressaq il-prova msemmija fuq.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy