12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-165/08) (1)
(Organiżmi modifikati ġenetikament - Żerriegħa - Projbizzjoni ta’ tpoġġija fis-suq - Projbizzjoni ta’ inklużjoni fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet - Direttivi 2001/18/KE u 2002/53/KE - Invokazzjoni ta’ motivi ta’ natura etika u reliġjuża - Oneru tal-prova)
2009/C 220/16
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u A. Szmytkowska, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, p.1), u tal-Artikoli 4(4) u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, p.1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ġenetikament modifikati kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet
Dispożittiv
1)
Billi pprojbixxiet iċ-ċirkulazzjoni libera ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ġenetikament modifikati kif ukoll l-introduzzjoni tal-varjetajiet ġenetikament modifikati fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, kif ukoll taħt l-Artikoli 4(4) u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy