20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik international, VO Sembodja BV, Parc Healthcare International Limited vs Omnipol Ltd
(Kawża C-167/08) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 43(1) - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Kunċett ta’ “parti”)
2009/C 141/30
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik international, VO Sembodja BV, Parc Healthcare International Limited
Konvenuta: Omnipol Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU L 12, p. 1) — Kunċett ta’ parti — Rikors ippreżentat minn kreditur f’isem u fl-interess tad-debitur tiegħu — Deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazjoni li ta’ saħħa eżekuttiva.
Dispożittiv
L-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditur ta’ debitur ma jistax iressaq kawża kontra deċiżjoni fuq talba għal dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva jekk ma jkunx intervjena formalment bħala parti fil-proċeduri li fihom kreditur ieħor ta’ dan id-debitur ikun talab għal din id-dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy