30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-17 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte Costituzionali — L-Italja) — Presidente del Consiglio dei Ministri vs Regione autonoma della Sardegna
(Kawża C-169/08) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 87 KE - Leġiżlazzjoni reġjonali li tistabbilixxi taxxa f’każ ta’ waqfa qasira għal skop turistiku ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni imposta biss fuq l-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali)
2010/C 24/09
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Presidente del Consiglio dei Ministri
Konvenuta: Regione autonoma della Sardegna
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte Costituzionale — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 u tal-Artikolu 87 KE — Leġizlazzjoni reġjonali li timponi l-ħlas ta’ taxxa, f’każ ta’ waqfa qasira ta’ ajruplani għal skopijiet turistiċi biss, fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mir-Reġjun ta’ Sardinja u li jeżerċitaw l-attività ta’ trasport ta’ persuni jew merkanzija bl-ajruplan b’mod sekondarju għall-attività prinċipali tal-impriża — Għajnuna mill-Istat, bħala eżenzjoni fiskali, għall-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom fir-Reġjun ta’ Sardinja u li jeżerċitaw l-istess attività
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali ta’ awtorità reġjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, tal-11 ta’ Mejju 2006, li tirrigwarda dispożizzjonijiet differenti fil-qasam ta’ dħul, ta’ riklassifikazzjoni tal-ispejjeż, ta’ politika soċjali u żvilupp, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardinja, tad-29 ta’ Mejju 2007, li tirrigwarda dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multiannwali tar-Reġjun — Liġi tal-Finanzi 2007, li tistabbilixxi taxxa reġjonali fil-każ ta’ waqfa qasira għal skop turistiku tal-inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li hija imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali.
(2)
L-Artikolu 87(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni fiskali ta’ awtorità reġjonali li tistabbilixxi taxxa reġjonali fuq waqfa qasira, bħal dik fil-kawża prinċipali, li hija imposta biss fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali, tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur impriżi stabbiliti f’dan l-istess territorju.
(1) ĠU C 171, 05.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy