28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-171/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 56 KE u 43 KE - Moviment liberu tal-kapital - Azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) tal-Istat Portugiż f’Portugal Telecom SGPS SA - Restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ holdings u fuq il-ġestjoni ta’ kumpannija privatizzata - Miżura tal-Istat)
2010/C 234/05
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti, M. Teles Romão u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent u M. Gorjão Henriques, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE — Azzjonijiet speċifiċi (“golden shares”) tal-Istat Portugiż fil-kumpannija Portugal Telecom S.A.
Dispożittiv
(1)
Billi żammet f’Portugal Telecom SGPS SA drittijiet speċjali bħal dawk previsti fl-istatuti tal-imsemmija kumpannija favur l-Istat u entitajiet pubbliċi oħra, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) tal-Istat f’Portugal Telecom SGPS SA, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 05.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy