16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-184/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 648/2004 - Artikolu 18 - Suq tad-diterġenti u tas-surfactants għal diterġenti - Sanzjonijiet)
2009/C 113/21
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, is-sanzjonijiet disswasivi, effettivi u proporzjonati li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti (ĠU L 104, p. 1)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, sanzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar diterġenti, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan l-artikolu.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż
(1) ĠU C 158, 21.6.2008
Full & Egal Universal Law Academy