12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek NV/SA
(Kawża C-189/08) (1)
(“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq””)
2009/C 220/18
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zuid-Chemie BV
Konvenuta: Philippo’s Mineralenfabriek NV/SA
Suġġett
Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Interpretazzjoni tal-kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” — Il-post fejn l-avveniment dannuż ikun twettaq — Il-post tal-avveniment kawżattiv (“Handlungsort”) u l-post fejn seħħet il-ħsara (“Erfolgsort”) — Kriterji ta’ rabta
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ kontestazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-frażi “post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] ikun twettaq” tirreferi għall-post fejn id-dannu inizjali seħħ minħabba l-użu normali tal-prodott għall-finijiet li għalihom huwa intiż.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008
Full & Egal Universal Law Academy