1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-198/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jolqtu l-konsum tat-tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li biha l-manifatturi u l-importaturi jistabbilixxu l-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti kif ukoll prezz minimu ta’ bejgħ bl imnut tat-tabakk imqatta’ fin - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk)
2010/C 113/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u R. Lyal, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, J. Bauer u C. Pesendorfer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar it-taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 238) — Stabbiliment ta’ prezzijiet minimi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ tabakk manifatturat mill-awtoritajiet pubbliċi
Dispożittiv
(1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jistabbilixxu l-prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti u ta’ tabakk imqatta’ fin għall-irrumblar tas-sigaretti, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar it-taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KEE, tat-12 ta’ Frar 2002.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 197, 02.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy