7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Dr. Erhard Eschig vs UNIQA Sachversicherung AG
(Kawża C-199/08) (1)
(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera ta’ avukat mill-persuna assigurata - Limitazzjoni kuntrattwali - Diversi persuni assigurati li sofrew danni mill-istess avveniment - Għażla ta’ rappreżentant legali mill-assiguratur)
2009/C 267/32
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dr. Erhard Eschig
Konvenuta: UNIQA Sachversicherung AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, p. 77) — Klawżola inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-assigurazzjoni għall-spejjeż legali li, f’każ dannu sostnut minn numru kbir ta’ persuni assigurati u li jirriżulta mill-istess avveniment, tintitola lill-assiguratur jagħżel rappreżentant legali u li għalhekk tillimita d-dritt tal-individwu assigurat li jagħżel l-avukat tiegħu (imsejħa “klawżola ta’ dannu kollettiv”)
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assiguratur tal-ispejjeż legali ma jistax jirriżerva d-dritt, meta numru kbir ta’ persuni assigurati jkunu sofrew dannu mill-istess avveniment, li jagħżel huwa stess ir-rappreżentant legali ta’ kull persuna assigurata kkonċernata.
(1) ĠU C 197, 02.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy