30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Umweltsenat — l-Awstrija) — Umweltanwalt von Kärnten vs Kärntner Landesregierung
(Kawża C-205/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 234 KE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Ammissibbiltà - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti fuq l-ambjent - Bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli - Tul ta’ iktar minn 15-il km - Bini transkonfinali - Kejbil transkonfinali - Tul totali jeċċedi l-limitu - Kejbil li jinsab prinċipalment fit-territorju tal-Istat Membru ġar - Tul tas-sezzjoni nazzjonali inqas mil-limitu)
2010/C 24/10
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Umweltsenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Umweltanwalt von Kärnten
Konvenuta: Kärntner Landesregierung
Talba għal deċiżjoni preliminari — Umweltsenat — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151), kif ukoll bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — L-issuġġettar għal stima tal-effetti ambjentali tal-bini ta’ kejbils tal-elettriku ta’ tul ta’ iktar minn 15-il kilometru — Tul li għandu jiġi kkunsidrat f’każ ta’ kostruzzjoni transkonfinali — Proġett ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli ta’ tul totali li jaqbeż il-limitu stabbilit, iżda li minnu biss parti ta’ 7.4 km tinsab fit-territorju nazzjonali, u l-kumplament jinsab fit-territorju tal-Istat Membru ġar
Dispożittiv
L-Artikoli 2(1) u 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li proġett imsemmi fil-punt 20 tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, bħall-bini ta’ kejbils tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km, għandhom jiġu suġġetti mill-Istati kompetenti ta’ Stat Membru għall-proċedura ta’ stima tal-effetti fuq l-ambjent għalkemm dan il-proġett huwa transkonfinali u li inqas minn 15-il km mit-tul tiegħu biss jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy