7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Thüringer Oberlandesgericht — il-Ġermanja) — Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha) vs Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH
(Kawża C-206/08) (1)
(“Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali - Servizz pubbliku ta’ distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb u ta’ pproċesar tad-dranaġġ - Konċessjoni ta’ servizzi - Kunċett - Trasferiment lill-parti kontraenti tar-riskju marbut mal-użu tas-servizz inkwistjoni”)
2009/C 267/34
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Thüringer Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wasser- und Abwasserzweckverband Gotha und Landkreisgemeinden (WAZV Gotha)
Konvenuta: Eurawasser Aufbereitungs- und Entsorgungsgesellschaft mbH
Fil-preżenza ta’: Stadtwirtschaft Gotha GmbH, Wasserverband Lausitz Betriebsführungs GmbH (WAL)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Thüringer Oberlandesgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) u (d) u tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1) — Sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista, taħt forma ta’ konċessjonijiet pubbliċi ta’ servizzi, ta’ servizz għall-pubbliku fil-qasam tal-produzzjoni, tat-trasport u tad-distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb kif ukoll fil-qasam tal-ħruġ u tat-trattament tal-ilma użat — Kriterji ta’ distinzjoni bejn kuntratt pubbliku ta’ servizzi u konċessjoni pubblika ta’ servizz
Dispożittiv
Il-fatt li, fil-kuntest ta’ kuntratt dwar servizzi, il-parti kontraenti mhijiex direttament imħallsa mill-awtorità kontraenti iżda għandha d-dritt li tirċievi remunerazzjoni mingħand terzi, huwa biżżejjed sabiex dan il-kuntratt jiġi kkwalifikat bħala “konċessjoni ta’ servizzi”, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, peress li l-parti kontraenti tkun responsabbli għar-riskju kollu jew għal parti sostanzjali mir-riskju tal-operat inkors mill-awtorità kontraenti, anki jekk dan ir-riskju jkun, oriġinarjament, limitat ħafna minħabba l-modalitajiet tad-dritt pubbliku tal-organizzazzjoni tas-servizz.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008
Full & Egal Universal Law Academy