18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta' Mejju 2009 — Philippe Guigard vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-214/08 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni - Kunidzzjonijiet għar-responsabbiltà kuntrattwali u għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Artikoli 313(2)(k), 314 u 317(a) tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé, kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju)
2009/C 167/02
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Philippe Guigard (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bordes u F. Dintilhac, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2008, Guigard vs Il-Kummissjoni (T-301/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent intiż għall-kumpens tad-dannu li huwa sofra minħabba l-aġir tal-Kummissjoni meta ma ġedditx il-kuntratt tiegħu ta’ xogħol fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u r-Repubblika tan-Niġerja, iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp — Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Ksur tal-Artikoli 313(2)(k) u 314 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé (ĠU L 229, p. 1), kif riveduta permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju (ĠU L 156, p. 3) — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta’ Marzu 2008, Guigard vs Il-Kummissjoni (T-301/05) hija annullata sa fejn hija tiddikjara r-rikors ta’ P. Guigard bħala ammissibbli.
2)
Ir-rikors ta’ P. Guigard fil-Kawża T-301/05 huwa miċħud.
3)
M’hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar l-appell ta’ P. Guigard.
4)
P. Guigard huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy