1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-221/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq il-fatturat li jolqtu l-konsum tat-tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li biha l-manifatturi u l-importaturi jistabbilixxu l-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti - Ġustifikazzjoni - Ħarsien tas-saħħa pubblika - Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk)
2010/C 113/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti]
Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, G. Hogan SC]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li m’humiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283) — Liġi nazzjonali li timponi prezzijiet bl-imnut minimi u massimi għat-tabakk manifatturat
Dispożittiv
(1)
Billi imponiet prezzijiet minimi ta’ bejgħ bl-imnut għas-sigaretti, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li m’humiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, hekk kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE tat-12 ta’ Frar 2002.
(2)
Billi ma pprovditx l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taqdi dmirha li tissorvelja l-konformità mad-Direttiva 95/59, hekk kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 KE.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
L-Irlanda hija kkundanata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy