13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — Il-Ġermanja) — Stadt Papenburg vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-226/08) (1)
(Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni tal-Istat Membru kkonċernat li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja redatta mill-Kummissjoni - Interessi u perspettivi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni)
2010/C 63/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Oldenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stadt Papenburg
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Olderburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(3), tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102-145) — Interessi ekonomiċi ta’ muniċipalità, relatati mal-użu ta’ port fuq ix-xmara u mħarsa mill-Kostituzzjoni, li jistgħu jiġu affettwati għal żmien twil min nomina eventwali tas-sit ikkonċernat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità — Interessi u perspettivi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat waqt it-teħid tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità mħejjija mill-Kummissjoni.
Dispożittiv
(1)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax Stat Membru li jirrifjuta, għal raġunijiet oħra minbarra l-ħarsien tan-natura, li jagħti l-approvazzjoni tiegħu fir-rigward tal-inklużjoni ta’ wieħed jew diversi siti fil-lista preliminari ta’ siti ta’ importanza Komunitarja mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea.
(2)
L-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwi fil-kanal navigabbli tal-estwarju, li mhumiex marbuta direttament jew mhumiex meħtieġa għat-tmexxija tas-sit u li kienu diġà ġew awtorizzati bis-saħħa tal-liġi nazzjonali qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, għandhom, sa fejn jikkostitwixxu proġett u jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq is-sit ikkonċernat, jiġu suġġetti għal evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq dan is-sit skont l-imsemmija dispożizzjonijiet fil-każ li dawn ix-xogħlijiet jitkomplew wara l-inklużjoni, b’mod konformi mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, tas-sit fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja.
Jekk, fid-dawl, b’mod partikolari, tar-rikorrenza, tan-natura jew tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija xogħlijiet, dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu operazzjoni unika, b’mod partikolari meta l-għan tagħhom huwa li jżommu l-kanal navigabbli f’ċertu fond permezz ta’ tħammil regolari u neċessarju għal dan il-għan, dawn ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jitqiesu bħala l-istess proġett fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105.
(1) ĠU C 209, 15.08.08
Full & Egal Universal Law Academy