27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audencia Provincial de Salamanca — Spanja) — Eva Martín Martín vs EDP Editores SL
(Kawża C-227/08) (1)
(Direttiva 85/577/KEE - Artikolu 4 - Protezzjoni tal-konsumatur - Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Tħassir tal-kuntratt - Obbligu tan-negozjant li jipprovdi informazzjoni dwar dan id-dritt - Nullità tal-kuntratt - Miżuri xierqa)
2010/C 51/10
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audencia Provincial de Salamanca
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eva Martín Martín
Konvenuta: EDP Editores SL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Salamanca — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 1, p 262) — Artikoli 3 KE, 95 KE u 153 KE — Artikolu 38 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali — Dritt ta’ rinunzja — Obbligu tan-negozjant li jipprovdi ċerta informazzjoni — Miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Nullità tal-kuntratt u ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/557/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, ma jipprekludix li qorti nazzjonali tiddikjara ex officio n-nullità ta’ kuntratt li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva abbażi tal-fatt li l-konsumatur ma jkunx ġie informat bid-dritt ta’ tħassir tiegħu, minkejja li din in-nullità fl-ebda mument ma ġiet invokata mill-konsumatur quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.
(1) ĠU C 223 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy