5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-232/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 850/1998 - Artikolu 29(2) - Restrizzjonijiet fuq sajd għall-barbun tat-tbajja - Saħħa tal-magna massima tal-bastimenti tas-sajd - Regolament (KEE) Nru 2847/93 - Artikolu 2(1) - Regolament (KE) Nru 2371/2002 - Artikolu 23 - Implementazzjoni tal-kontroll u l-eżekuzzjoni tar-regoli)
2009/C 297/08
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u K. Banks, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: M. de Grave u C. Wissels, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 850/98, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni — Sajd għall-barbun tat-tbajja — Spezzjoni u kontroll tal-bastimenti tas-sajd u tal-attivitajiet tagħhom — Responsabbiltà tal-Istati Membri
Dispożittiv
(1)
Billi ppermetta li xi bastimenti tas-sajd ikollhom saħħa tal-magna iktar minn dik awtorizzata mill-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 850/98 tal-Kunsill, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2005, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd Komuni, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 2005.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy