7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-239/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Moviment liberu tal-persuni - Adattament ta' ċerti direttivi minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Eworpea - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previstt)
(2009/C 32/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Huvelin, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy