5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Swiss Re Germany Holding GmbH vs Finanzamt München für Körperschaften
(Kawża C-242/08) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Il-ħames inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) u tal-Artikolu 13B(a), (ċ) u (d)(2) u (3) - Kunċett ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni - Trasferiment bi ħlas ta’ portfolio ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja lil persuna stabbilita fi Stat terz - Determinazzjoni tal-post ta’ dan it-trasferiment - Eżenzjonijiet)
2009/C 297/09
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss Re Germany Holding GmbH
Konvenuta: Finanzamt München für Körperschaften
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 9(2)(e) kif ukoll tal-Artikolu 13B(a), (ċ) u (d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Trasferiment, bi ħlas dovut mill-akkwirent stabbilit fi Stat terz, ta’ portafoll ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja bil-kunsens tal-persuni assigurati u li jinvolvi t-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi kollha inerenti fil-kuntratti trasferiti iżda li ma jinvolvi l-ebda trasferiment ieħor ta’ beni ekonomiċi — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni — Applikabbiltà għal din it-tranżazzjoni ta’ waħda mill-eżenzjonijiet imsemmija fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tal-Artikolu 13B tad-Direttiva 77/388/KEE
Dispożittiv
(1)
Trasferiment bi ħlas, minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil kumpannija ta’ assigurazzjonijiet stabbilita fi Stat terz, ta’ portfolio ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja bil-konsegwenza li, din tal-aħħar, tassumi, bil-kunsens tal-assigurati, id-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti, la jikkostitwixxi tranżazzjoni li taqa’ taħt il-ħames inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) u taħt l-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, u lanqas tranżazzjoni li taqa’ taħt l-imsemmi Artikolu 13B(d)(2) u (3) flimkien.
(2)
Fil-kuntest ta’ trasferiment bi ħlas ta’ portfolio li jinkludi 195 kuntratt ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja, il-fatt li mhux min lilu jsir it-trasferiment, iżda ċ-ċedanti, li jħallas korrispettiv, f’dan il-każ l-iffissar ta’ valur negattiv, għall-akkwist ta’ 18 minn dawn il-kuntratti huwa mingħajr rilevanza għar-risposta tal-ewwel domanda.
(3)
L-Artikolu 13B(ċ) tas-Sitt Diretiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal trasferiment bi ħlas ta’ portfolio ta’ kuntratti fuq il-ħajja, bħat-trasferiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy