12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-244/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sitt Direttiva VAT - Artikolu 17 - Tmien Direttiva 79/1072/KEE - Artikolu 1 - Tlettax-il Direttiva VAT - Artikolu 1 - Rifużjoni jew tnaqqis tal-VAT - Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Istat Membru kkonċernat)
2009/C 220/20
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, G. De Bellis u G. Calmieri, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, p. 11) u tal-Artikolu 1 tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 1986, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus [fuq id-dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [rifużjoni] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità — Rifużjoni tal-VAT lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Italja
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Taljana naqset, fil-qasam tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuna taxxabbli li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Istat Membru kkonċernat, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, u tal-Artikolu 1 tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 1986, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus [fuq id-dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [rifużjoni] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, billi obbligat lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, iżda li għandha stabbiliment fiss fl-Italja u li, matul il-perijodu kkonċernat, ipprovdiet merkanzija jew provvista ta’ servizzi fl-Italja, sabiex titlob ir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fuq l-input skont il-proċeduri previsti minn dawn id-direttivi pjuttost milli tnaqqasha meta x-xiri li għalih tkun qed tintalab ir-rifużjoni ta’ din it-taxxa ma jkkun sar bl-involviment ta’ dan l-istabbiliment fiss, iżda direttament mill-istabbiliment prinċipali ta’ din il-persuna taxxabbli.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy