16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-245/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Libertà li jiġu provduti servizzi - Dritt ta’ stabbiliment - Adattazzjonijiet konsekuttivi għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija)
2009/C 113/22
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Andrade u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Fraústo de Azevedo, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy