19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-246/08) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 2(1) u Artikolu 4(1) u (2) - Kunċett ta’ ‘attivitajiet ekonomiċi’ - Uffiċċji pubbliċi ta’ għajnuna legali - Servizzi ta’ għajnuna legali mogħtija fil-kuntest ta’ proċeduri ġudizzjarji bil-ħlas ta’ kontribuzzjoni parzjali min-naħa tal-benefiċjarju bħala korrispettiv - Kunċett ta’ ‘rabta diretta’ bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv riċevut”)
2009/C 312/10
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Aalto u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(1), (2) u (5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti trattament differenti, fir-rigward tal-VAT, għal servizzi ta’ konsulenza legali skont jekk jingħatawx minn avukati privati jew minn avukati li jaħdmu fis-servizz pubbliku tal-għajnuna legali — Distorsjoni tal-kompetizzjoni
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy