27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-248/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1774/2002 - Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 - Prodotti sekondarji tal-annimali - Skart - Dfin mingħajr trattament minn qabel - Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali - Installazzjonijiet li jiżguraw is-sigurtà tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali - Operat - Nuqqas ta’ approvazzjoni - Inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat - Nuqqas ta’ proċessi adegwati)
2010/C 51/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, S. Charitaki, E.-M. Mamouna u I. Chalkias, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(2), 5(2), 10 sa 15, 17, 18 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92) — Dfin ta’ prodotti sekontarji tal-annimali mingħajr trattament minn qabel — Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali
Dispożittiv
(1)
Billi ma applikatx u ma infurzatx korrettament ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman, f’dak li jirrigwarda dfin fil-miżbliet mingħajr ipproċessar minn qabel, nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali, approvazzjoni tal-installazzjonijiet inkarigati mill-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali u inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 tar-Regolament Nru 1774/2002.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy