4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-250/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Xiri ta’ beni immobbli maħsub sabiex isir residenza ewlenija ġdida - Kalkolu ta’ vantaġġ fiskali - Taxxa tar-reġistrazzjoni - Koerenza tas-sistema fiskali)
2012/C 32/02
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, aġent, B. van de Walle de Ghelcke, avukat)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: R. Somssich, K. Borvölgyi u M.Z. Fehér, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18 KE, 43 KE u 56 KE u tal-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Kolkolu ta’ vantaġġ fiskali meta jinxtara beni immobbli intiż bħala residenza ewlenija ġdida — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni mħallsa għax-xiri ta’ residenza ewlenija preċedenti biss jekk din ir-residenza tinsab fir-Reġjun Fjamming.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy