5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-255/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Determinazzjoni tal-limiti - Daqs tal-proġett - Transpożizzjoni inkompleta)
2009/C 297/10
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u M. Noort, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(2) u (3), moqrija flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE u 2003/35 (ĠU L 175, p. 40)
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħax id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-proġetti li jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent jkunu, skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, l-imsemmi artikolu moqri flimkien mal-Annessi I u III ta’ din id-direttiva, suġġetti għal proċedura ta’ approvazzjoni u għal evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy