7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-259/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Preservazzjoni u żamma tal-habitats - Klassifikazzjoni ta' żoni specjali ta' protezzjoni - Projbizzjoni tal-kacca u tal-qabda - Traspożizzjoni mhux korretta)
(2009/C 55/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Patakia u D. Recchia, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentant: E. Skandalou, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jittrasponi l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Traspożizzjoni difettuża tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tittrasponi b'mod komplet u/jew korrett l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 3(1) u (2), mill-Artikolu 4(1), mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy