30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Bundesfinanzdirektion West vs Heko Industrieerzeugnisse GmbH
(Kawża C-260/08) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 24 - Oriġini mhux preferenzjali tal-oġġetti - Kunċett ta’ “proċessar [jew xogħol] sostanzjali” - Kriterju tal-bidla tal-intestatura tariffarja - Kejbils tal-azzar immanifatturati fil-Korea ta’ Fuq minn wajer bis-swiegli tal-azzar li joriġina miċ-Ċina)
2010/C 24/11
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesfinanzdirektion West
Konvenuti: Heko Industrieerzeugnisse GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307 — 356) — Determinazzjoni tal-oriġini tal-kejbils tal-azzar immanifatturati fil-Korea ta’ Fuq permezz ta’ operazzjoni ta’ assemblaġġ ta’ wajer bis-swiegli tal-azzar li joriġina miċ-Ċina — Kriterji li għandhom jitqiesu sabiex jiġi kkunsidrat stadju ta’ produzzjoni partikolari bħala li jikkostitwixxi l-oriġini mhux preferenzjali ta’ oġġetti — Importanza eventwali tan-nuqqas ta’ bdil ta’ intestatura tariffarja wara l-iżvilupp inkwistjoni
Dispożittiv
Għal dak li jikkonċerna l-oġġetti kklassifikati taħt l-intestatura 7312 tan-Nomenklatura Magħquda, li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, l-ipproċessar jew xogħol sostanzjali, fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jista’ jkopri mhux biss dak li jwassal għall-klassifikazzjoni ta’ dawn l-oġġetti li għaddew minn operazzjoni ta’ ipproċessar jew xogħol taħt intestatura oħra tan-Nomenklatura Magħquda, iżda wkoll dak li, fin-nuqqas ta’ tali bidla tal-intestatura, iwassal għall-ħolqien ta’ oġġett li għandu proprjetajiet u kompożizzjoni speċifiċi tiegħu li dan l-oġġett ma kellux qabel l-imsemmija operazzjoni.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008.
Full & Egal Universal Law Academy