4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Sitt Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-266/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/81/KE - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni)
2009/C 153/28
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 261, p. 19)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li suppost jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata tali konformità, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy