21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt — L-Awstrija) — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt
(Kawża C-267/08) (1)
(VAT - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kunċett ta’ “attivitajiet ekonomiċi” - Organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku - Attivitajiet ta’ pubbliċità li minnhom jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet lokali tal-partit - Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jeċċedu d-dħul)
2009/C 282/21
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SPÖ Landesorganisation Kärnten
Konvenuta: Finanzamt Klagenfurt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Kunċett ta’ “attività ekonomika” — Organizzazzjoni, mill-organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku, ta’ attivitajiet publiċitarji favur organizzazzjonijiet lokali tal-imsemmi partit, fil-forma ta’ manifestazzjonijiet, produzzjoni u kunsinna ta’ materjal pubbliċitarju u organizzazzjoni ta’ ballu annwali — Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jaqbżu, b’mod kunsiderevoli, id-dħul provenjenti mill-addebitu ta’ wħud minn dawn l-attivitajiet lil organizzazzjonijiet lokali kif ukoll mill-bejgħ tal-biljetti tal-ballu
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li attivitajiet ta’ pubbliċità esterna mwettqa minn sezzjoni ta’ partit politiku ta’ Stat Membru ma jistgħux jitqiesu li huma attività ekonomika.
(1) ĠU C 247, 27.09.2008.
Full & Egal Universal Law Academy