21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-273/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/81/KE - Inkwinanti atmosferiċi - Livelli nazzjonali ta' emissjonijiet - Nuqqas li jiġu kkomunikati programmi għat-tnaqqis ta' emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet u projetazzjonijiet annwali għas-sena 2010)
(2009/C 44/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jfassal u jikkomunika, fit-termini stabbiliti, id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, p. 22)
Dispożittiv
1)
Peress li ma kkomunikax lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fit-terminu previst, il-programmi, l-inventarji u l-projetazzjonijiet annwali għas-sena 2010 li jikkonċernaw it-tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet tiegħu tad-dijossidu tal-kubrit (SO2), tal-ossidi nitroġeni (NOx), ta' komposti organiċi volatili (VOC) u tal-ammonja (NH3), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2001/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy