5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-275/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/36/KEE - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi - Proċedura negozjata mingħajr ma s-sejħa għal offerti tiġi ppubblikata minn qabel)
2009/C 297/13
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u N. Graf Vitzthum, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (ĠU L 199, p. 1) — Kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi konkluż mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti bejn żewġ korpi amministrati mil-liġi pubblika responsabbli għas-servizzi ta’ ipproċessar ta’ data għall-muniċipji
Dispożittiv
(1)
Billi d-Datenzentrale Baden-Württemberg ta kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi permezz ta’ proċedura nnegozzjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy