7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA
(Kawża C-277/08) (1)
(“Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave tal-mard - Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard - Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor”)
2009/C 267/35
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Vicente Pereda
Konvenuta: Madrid Movilidad SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Madrid — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 229, p. 9) — Ħaddiem bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ leave annwali stabbilit mill-impriża, minħabba inċident tax-xogħol li seħħ qabel il-leave annwali — Dritt tal-ħaddiem li jieħu l-leave annwali tiegħu matul perijodu differenti
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali jew ftehim kollettivi li jipprovdu li ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard matul il-perijodu tal-leave annwali stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-impriża li magħha huwa impjegat m’għandux dritt, wara li jfieq, igawdi l-leave annwali tiegħu f’perijodu differenti minn dak inizjalment stabbilit, jekk ikun hemm bżonn f’perijodu differenti mill-perijodu ta’ referenza korrispondenti.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy