22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-279/08 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 87(1) KE - Skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu - Klassifikazzjoni tal-miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ ‘selettività’ - Vantaġġ iffinanzjat bir-riżorsi tal-Istat - Protezzjoni tal-ambjent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammissibbiltà)
2011/C 311/07
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, K. Gross u H. van Vliet, aġenti)
Appellati: Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, D.J.M. de Grave, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, B. Klein u T. Henze, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A.-L. Vendrolini, J. Gstalter u B. Cabouat, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc, agent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, S. Ossowski u H. Walker, aġenti u K. Bacon, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (Il-Ħames Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (T-233/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1761 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat N 35/2003 li tirrigwarda l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu nnotifikata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ April 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (T-233/04), hija annullata.
(2)
L-appelli inċidentali huma miċħuda.
(3)
Ir-rikors tal-ewwel istanza huwa miċħud.
(4)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-kuntest tal-imsemmija proċedura.
(5)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-appell.
(6)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy