18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 — Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Vodafone D2 GmbH, li qabel kienet Vodafone AG & Co. KG, li qabel kienet Arcor AG & Co. KG et
(Kawża C-280/08 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Swieq tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Aċċess għan-netwerk fiss tal-operatur eżistenti - Prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi intermedjarji ta’ aċċess għan-netwerk lokali mogħtija lill-kompetituri - Prezzijiet bl-imnut għas-servizzi ta’ aċċess ipprovduti lill abbonati - Prattiki tal-prezzijiet ta’ impriża dominanti - Pressjoni fuq il marġni tal-prezzijiet tal-kompetituri - Prezzijiet approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali - Marġni ta’ flessibbiltà tal-impriża f’pożizzjoni dominanti - Imputabbiltà tal-ksur - Kunċett ta’ ‘abbuż’ - Kriterju tal-kompetitur daqstant effiċjenti - Kalkolu tal-pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet - Effetti tal abbuż - Ammont tal-multa)
2010/C 346/06
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Deutsche Telekom AG (rappreżentant: U. Quack, S. Ohlhoff u M. Hutschneider, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: K. Mojzesowicz, W. Mölls u O. Weber, aġenti), Vodafone D2 GmbH, li qabel kienet Vodafone AG Co. KG, li qabel kienet Arcor AG Co. KG (rappreżentant: M. Klusmann, aġent), Versatel NRW GmbH, li qabel kienet Tropolys NRW GmbH, li qabel kienet CityKom Münster GmbH Telekommunikationsservice, EWE TEL GmbH, HanseNet Telekommunikation GmbH, Versatel Nord GmbH, li qabel kienet Versatel Nord-Deutschland GmbH, li qabel kienet KomTel Gesellschaft für Kommunikations- und Informationsdienste mbH, NetCologne Gesellschaft für Telekommunikation mbH, Versatel Süd GmbH, li qabel kienet Versatel Süd-Deutschland GmbH, li qabel kienet tesion Telekommunikation GmbH, Verstel West GmbH, li qabel kienet Versatel West-Deutschland GmbH, li qabel kienet Versatel Deutschland GmbH Co. KG (rappreżentant: N. Nolte, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (il-Ħames Awla Estiża) (li issa saret il-Qorti Ġenerali, iktar ’il quddiem, il-“Qorti Ġenerali”) tal-10 ta’ April 2008, Deutsche Telekom vs Il-Commission, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Commission 2003/707/KE, tal-21 ta’ Mejju 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 KE (Każijiet COMP/C-1/37.451, 37.578, 37.579 -Deutsche Telekom AG) (ĠU L 263, p. 9), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa mogħtija lill-appellanti — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Prezz ta’ aċċess għan-netwerk fiss ta’ telekomunikazzjonijiet fil-Ġermanja — Karattru abbużiv tal-prattiki tal-prezzijiet ta’ impriża dominanti li titlob lill-kompetituri tagħha tariffi għal servizzi intermedjarji għall-aċċess għan-netwerk lokali ogħla mill-prezzijiet bl-imnut li hija titlob lill-abbonati tagħha
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Deutsche Telekom AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy