1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Société Moteurs Leroy Somer vs Société Dalkia France, Société Ace Europe
(Kawża C-285/08) (1)
(Responsabbiltà għall-prodotti difettużi - Direttiva 85/374/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Ħsara kkawżata minn oġġett maħsub għal użu professjonali u użat għal dan l-użu - Sistema nazzjonali li tippermetti lill-vittma li titlob kumpens għal din il-ħsara, meta tressaq biss il-prova tal-ħsara, tad-difett u tar-relazzjoni kawżali - Kompatibbiltà)
2009/C 180/33
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Moteurs Leroy Somer
Konvenuta: Société Dalkia France, Société Ace Europe
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, p. 29) — Kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva — Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbilità li tippermetti li jinkiseb kumpens għall-ħsara kkawżata f’oġġett maħsub għal użu professjonali u użat għal dan l-użu — Ħsara kkawżata f’ġeneratur tal-elettriku ta’ sptar wara li saħan alternator
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix l-interpretazzjoni ta’ dritt nazzjonali jew l-applikazzjoni ta’ ġurisprudenza interna stabbilita li skonthom il-vittma tista’ titlob kumpens għall-ħsara kkawżata f’oġġett maħsub għall-użu professjonali u użat għal dan l-użu, meta din il-vittma tressaq biss il-prova tal-ħsara, tad-difett fil-prodott u tar-relazzjoni kawżali bejn id-difett u l-ħsara.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008
Full & Egal Universal Law Academy