30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Svea Hovrätt — L-Isvezja) — Kemikalieinspektionen vs Nordiska Dental AB
(Kawża C-288/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/42/KEE - Mezzi mediċi - Projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ amalgami għal użu dentali li fihom il-merkurju u li għandhom il-marka ta’ konformità CE - Ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent)
2010/C 24/12
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea Hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kemikalieinspektionen
Konvenuta: Nordiska Dental AB
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Svea Hovrätt — Interpretazzjoni tal-Artikoli 29 KE u 30 KE kif ukoll tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, p.1) — Leġżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ amalgama għal użu dentali li fiha l-merkurju
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi, minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa, għal projbizzjoni ta’ esportazzjoni għal finijiet kummerċjali ta’ amalgami għal użu dentali li fihom il-merkurju u li għandhom il-marka CE prevista fl-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy