16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-289/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Artikolu 11(1)(ċ) - Pjanijiet esterni ta’ emerġenza - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 113/23
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)
Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 1997, L 10, p. 13)
Dispożittiv
1)
Billi ma fassalx, fit-terminu previst, pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008
Full & Egal Universal Law Academy